APPROVAT IL-PJAN LOKALI GHALL-PORT IL-KBIR

 

APPROVAT IL-PJAN LOKALI GHALL-PORT IL-KBIR

Posted on: 18/01/2002

mainpage_ghlp     
 
 
 
Il-Pjan Lokali ghall-Port il-Kbir li ghadu kemm gie approvat mill-     Gvern jigbor fih 237 policy li jitrattaw l-uzu ta' l-art f'dawn l-inhawi ta' Malta ghall-10 snin li gejjin.
 
Il-Pjan ikopri l-lokalitajiet tal-Belt, il-Floriana, il-Marsa, Kordin, il-Birgu, l-Isla, Bormla, il-Kalkara, Rikasoli u l-inhawi industrijali ta' madwar. Ghal skopijiet ta' ppjanar, il-Pjan jinkludi wkoll il-bahar u L-ixtut tal-port. Il-popolazzjoni ta' madwar il-Port il-Kbir tlahhaq madwar 38,000.
 
Hemm zewg tipi ta' policies. Ta' l-ewwel ikopru z-zona kollha b'mod generali u tat-tieni jirrelataw ma' lokalitajiet partikolari.
 
Il-miri principali ta' dan il-Pjan huma li jkun hemm titjib fl-ambjent urban permezz ta' mizuri ta' rigenerazzjoni, il-manutenzjoni tal-wirt mibni, aktar attivita' turistika, titjib f'facilitajiet socjali u komunitarji u ghajnuna lill-industrija bil-provizzjoni ta' siti godda, fost inizzjattivi ohra.
 
B'mod generali il-policies li hemm fil-pjan ikopru l-oqsma ta' l-akkomodazzjoni, il-wirt storiku, it-trasport, l-ambjent, il-facilitajiet socjali, il-funzjoni tal-Port il-Kbir u l-izvilupp ekonomiku.
 
Ghall-Belt Valletta il-Pjan jahseb biex isahhah ir-rwol taghha bhala belt kapitali, iheggeg ir-rigenerazzjoni ekonomika u jtejjeb l-ambjent urban. Gew identifikati tlett lokalitajiet ghall-izvilupp mill-gdid: Bieb il-Belt u Pjazza Helsien; is-sit ta' l-Opera House; Forti Sant'Iermu u l-Evans Buildings.
 
Policy partikolari li mistennija tghin fir-regenerazzjoni tal-Belt hija dik li tittratta l-izvilupp ta' ufficini. Il-Pjan ta' Struttura jghid li m'ghandux ikun hemm aktar zvilupp ta' ufficini fil-Belt u l-Floriana sakemm titjieb is-sitwazzjoni tat-trasport f'dawn il-inhawi.
 
Il-mizuri li hemm f'dan il-pjan, is-sistema tal-park and ride fil-Blata l-Bajda u l-istrategija tal-gvern dwar it-trasport qeghdin jaghmluha possibbli li jsiru eccezzjonijiet li jippermettu zvilupp ta' ufficini bil-ghan li jintlahqu miri ohra li hemm fl-istess Pjan ta' Stuttura.
 
Fost l-eccezzjonijiet hemm ufficini li x-xoghol taghhom huwa relatat mal-port, ministeri tal-gvern u organizzazzjonijiet filantropici li jaqdu funzjoni socjali. Il-bdil ta' bini f'ufficini jista' jghin biex issehh ir-rigenerazzjoni mixtieqa fil-Belt u ghalhekk il-Pjan Lokali jahseb ghal zvilupp limitat ta' ufficini basta dan igib mieghu titjib strutturali li jghin biex partijiet ohra mill-istess bini jintuza bhala residenza.
 
Policy simili ser tigi applikata fil-Floriana fejn il-Pjan jahseb biex isostni l-karattru residenzjali, izomm u jtejjeb l-ispazji miftuha u jsebbah l-ambjent generali. Fost il-mizuri proposti ghall-Floriana hemm progett ta' zvilupp residenzjali fl-inhawi tal-Balzunetta (Housing Improvement Action Area), titjib fl-immaniggar tat-traffiku u fl-inhawi tal-moll f'Sa Maison, Heritage Trail madwar is-swar, is-sistema tal-Park and Ride u s-Sea Passenger Terminal, fost ohrajn.
 
Fejn Ta' Ceppuna fil-Marsa il-Pjan Lokali qed jipproponi 'Marsa Park' fejn jkun jista' jsir zvilupp ta' ufficini, showrooms, industriji zghar u mhazen, apparti minn progett ta' landscaping u post ta' rikreazzjoni ghall-pubbliku.
 
Il-Pjan Lokali iqis il-bzonn ta' titjib fl-ambjent residenzjali u anki jipproponi l-bini ta' djar ghall-anzjani f'Tas-Samra. Fosti il-policies ghall-Marsa hemm ukoll wahda li tahseb ghar-rigenerazzjoni ta' l-inhawi tal-Menqa u ta' Albert Town.
 
Policies simili qeghdin jigu applikati f'Kordin fejn jezistu opportunitajiet ghall-izvilupp ta' park industrijali u zoni ghall-industriji zghar jew ta' daqs medju. Il-Pjan Lokali jahseb ukoll ghall-protezzjoni tal-fortifikazzjonijiet u ghal titjib fil-facilitajiet ta' max-xatt.
 
Ghat-Tlett Ibliet tal-Birgu, Bormla u l-Isla il-Pjan jahseb biex itejjeb l-ambjent urban ta' dawn il-postijiet waqt li jaghti attenzjoni partikolari ghall-wirt storiku li jinsab f'dawn l-inhawi fortifikati. Fost il-proposti li hemm fil-pjan wiehed isib: il-progett ghall-izvilupp tax-Xatt tal-Kottonera, facilitajiet ghall-isports u r-rikreazzjoni f'Bormla, facilitajiet edukattivi fil-Verdala, facilitajiet sportivi fl-Isla, ir-restawr u l-uzu mill-gdid ta' Forti Sant' Anglu bhala centru turistiku u kulturali; u progett li jahseb ghat-tigdid tax-xatt tal-Kalkara.
 
Ghall-Kalkara propja il-Pjan Lokali jsemmi centru ta' rikreazzjoni fir-Rinella, l-uzu ta' l-isptar ta' Bighi ghal skopijiet ta' edukazzjoni u ricerka, l-izvilupp turistiku ta' Forti Rikasoli u siti ghall-industriji zghar, fost inizzjattivi ohra.
 
Il-Pjan Lokali joffri qafas strategiku ghall-izvilupp ta' l-uzu ta' l-art fl-inhawi ta' madwar il-Port il-Kbir. L-implimentazzjoni tal-policies li hemm fil-Pjan ma jiddependix biss fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma wkoll fuq il-gvern centrali, l-gvernijiet lokali u s-settur privat u s-settur pubbliku.
 
Permezz ta' dan il-Pjan ser jigi assigurat li kull decizjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ghal dawn l-inhawi tittiehed f'qafas mahsub u ppjanat.