L-Awtorita` għall-Ambjent u r-Riżorsi tixtieq tinforma l-pubbliku illi għall-ħabta tal-16:00 rċiviet rapporti ta’ tniġġiż fil-bajja ta’ San Ġorġ u l-madwar ġewwa San Ġiljan, fejn minnufih intbagħtu uffiċjali tal-istess Awtorita` sabiex jispezzjonaw is-sit. Irriżulta illi waqt li kien qiegħed isir xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni, daħal ilma illi tħallat mat-trabijiet f’dan is-sit u niġġeż l-inħawi tal-madwar meta ġie mbattal is-sit. L-Uffiċjali tal-Awtorita` intervjenew minnufih sabiex b’mod immedjat jitwaqqaf kull xogħol li kien qiegħed isir, filwaqt illi ordnaw sabiex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata mill-aktar fis possibli.
L-uffiċjali tal-Awtorita` għadhom fuq il-post sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet konċernati.