L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tiddeplora aġir irresponsabbli għal skop ta’ posts fuq media soċjali li juru tkissir ta’ tagħmir elettroniku ġo barriera.
Aġir bħal dan hu detrimentali għall-ambjent għaliex dan it-tip ta’ skart jikkontjeni materjali perikolużi bħal merkurju li jista’ jwassal għal kontaminazzjoni tal-ilma tal-pjan. Hu ukoll detrimentali għall-terzi persuni u jixhed nuqqas ta’ responsabbilità ċivika.
Qed naħdmu mal-pulizija biex insibu lil persuna responsabbli biex jinżamm responsabbli ta’ egħmilu
2 February 2024