L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġiet infurmata b’każ ta’ nirien li ħakkmu impjant tat-trattament tal-iskart, immexxi mill-privat, fiż-żona industrjali tal-Marsa.
In-nirien ġew irrappurtati fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu.
L-ERA ser tkun qed tinvestiga l-każ u tagħti l-għajnuna neċessarja lill-Pulizija.
16 September 2021