Disclaimer

The information below has been extracted from a digital record and is meant for general guidance.  The Compliance & Enforcement Directorate of ERA disclaims any responsibility for any inaccuracies there may be on this site.  If you wish to verify the correctness of any information, you are advised to send a request to: [email protected].  Furthermore, if there are any discrepancies between the information contained on this site and official printed communication, the latter prevails.

Last amended: Mon., 15 February 2021

Order Details
Order Date:Fri., 03 January 2020
Order Status: Order Closed. Daily Fines pending.
Order type:Ordni ta' Waqfien u Konformità
Stop and Compliance Order
Location of Infringement:Sit fiż-żona magħrufa bħala tal-Kalkara, u sit ieħor aċċessibli minn triq mingħajr isem, li hija aċċessibli minn Sqaq ta’ Ċenċ, li jinsab fil-viċinanzi taż-żona magħrufa bħala il-Kantra ta’ Mġarr ix-Xini, limiti ta’ Sannat.
Local Council:Ta' Sannat.
Infringement in Maltese (Official):1. Attivitajiet hekk kif definti fl-Iskeda tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549) paragrafi (a) (vi); (a) (xi); (a) (xii); (a) (xiii), u speċifikament:
a) qtugħ, distruzzjoni, jew danneġġjament ta’ eżemplari;
b) attivitajiet f’żoni protetti, li jitqiesu bħala li għandhom effett fuq id-diversità u l-integrità tas-sit jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu;
c) attività li tmur kontra l-prinċipji tar-restawr ekoloġiku, ġeoloġiku, ġeomorfoloġiku, idroloġiku u tal-pajsaġġ, jew tal-prattika tajba fil-konservazzjoni ta’ u fil-ġestjoni tal-bijodiversità, tal-karatteristiċi naturali, tal-pajsaġġi u taż-żoni protetti, inkluż iżda mhux biss għal: attivitajiet li jkun mistenni li se jikkaġunaw tibdil dejjiemi, jew fit-tul jew inkella sinifikattiv; tneħħija ta' veġetazzjoni naturali; attivitajiet meqjusa bħala li għandhom effett fuq id-diversità bijoloġika, fuq l-aspett fiżiku tas-sit, jew fuq l-integrità tas-sit u l-pajsaġġ;
d) interventi li jibdlu, jipperikolaw l-istabilità ta’ jew iġarrfu kwalunkwe karatteristiċi fiżiċi naturali, jew strutturi rurali li jipprovdu ambjent għall-flora jew għall-fawna jew inkella li jikkontribwixxu għall-integrità tal-pajsaġġ jew tal-ambjent fiżiku

kollha mwettqa ġewwa sit inizzjalment iddikjarat bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni- Sit Kandidat ta’ Importanza Internazzjonali u Żona ta’ Ħarsien Speċjali permezz ta’ N.G. Numru 859 tal-2008 u sussegwentament bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni-Sit ta’ Importanza Internazzjonali elenkata bħala “MT0000034- L-Inħawi ta’ Ta’ Ċenċ” permezz ta’ N.G. 681 tal-2018 u mingħajr ma kellek fil-pussess tiegħek awtorizzazzjoni mill-Awtorità taħt l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u dan bi ksur ta’ Artikolu 58 tal-istess Att;

2. Operazzjoni jew attività mgħamula ġewwa SAC, u ċioè “MT0000034- L-Inħawi ta’ Ta’ Ċenċ” hekk kif stabbilita permezz ta’ N.G. 681 tal-2018, mingħajr avviż bil-miktub lill-awtorità kompetenti bil-proposta tal-operazzjoni jew attività, liema avviż kellu jispeċifika x-xorta u s-sit propost, u mingħajr ma tali proposta kienet ġiet approvata mill-awtorità kompetenti u dan bi ksur ta’ regolament 18 tar-Regolamenti tal-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjent Naturali (L.S. 549.44);

Dan kollu seħħ permezz ta’:
• alterazzjoni fiżika tal-profil tal-pajsaġġ u depożitu ta’ materjal u distruzzjoni ta’ veġetazzjoni naturali.

li kollha saru ġewwa SAC, u ċioè “MT0000034- L-Inħawi ta’ Ta’ Ċenċ” hekk kif stabillita permezz ta’ N.G. 681 tal-2018.
Infringement Summary in English:Activities in protected areas that have an effect on biodiversity and natural characteristics of site as well as activities that go against environmental restoration and which cause instability in a Special Area of Conservation (SAC), without the necessary authorization from the ERA.
Corresponding Investigation Case/sIF2367/19-N
Parties subject to OrderBorg Victor
Owner / Occupier
Contravention type:Unauthorized operations or activities in a Special Area of Conservation.