Disclaimer

The information below has been extracted from a digital record and is meant for general guidance.  The Compliance & Enforcement Directorate of ERA disclaims any responsibility for any inaccuracies there may be on this site.  If you wish to verify the correctness of any information, you are advised to send a request to: [email protected].  Furthermore, if there are any discrepancies between the information contained on this site and official printed communication, the latter prevails.

Last amended: Fri., 27 July 2022

Order Details
Order Date:Fri., 15 November 2019
Order Status: Order Closed. Daily Fines paid.
Fine Paid/Settled:€50,100
Fine paid status:Fully Paid.
Order type:Ordni ta' Waqfien u Konformità
Stop and Compliance Order
Location of Infringement:Siti fi u maġenb Triq ta’ Għaqba, ġewwa Wied Qirda, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Local Council:Ħaż-Żebbuġ.
Infringement in Maltese (Official):1. Attivitajiet hekk kif definti fl-Iskeda tal-Att dwar l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549) paragrafi (a) (vi); (a) (vii); (a) (xi); (a) (xii); (a) (xiii), u speċifikament:
a) qtugħ, distruzzjoni, jew danneġġjament ta’ eżemplari;
b) qlugħ, tqaċċit, żbir jew it-twettiq ta’ interventi kirurġiċi jew interventi oħra fuq dawk il-eżemplari;
c) attivitajiet f’żoni protetti, li jitqiesu bħala li għandhom effett fuq id-diversità u l-integrità tas-sit jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu;
d) attività li tmur kontra l-prinċipji tar-restawr ekoloġiku, ġeoloġiku, ġeomorfoloġiku, idroloġiku u tal-pajsaġġ, jew tal-prattika tajba fil-konservazzjoni ta’ u fil-ġestjoni tal-bijodiversità, tal-karatteristiċi naturali, tal-pajsaġġi u taż-żoni protetti, inkluż iżda mhux biss għal: attivitajiet li jkun mistenni li se jikkaġunaw tibdil dejjiemi, jew fit-tul jew inkella sinifikattiv; tneħħija ta' veġetazzjoni naturali; attivitajiet meqjusa bħala li għandhom effett fuq id-diversità bijoloġika, fuq l-aspett fiżiku tas-sit, jew fuq l-integrità tas-sit u l-pajsaġġ; u tħammil tal-widien;
e) interventi li jibdlu, jipperikolaw l-istabilità ta’ jew iġarrfu kwalunkwe karatteristiċi fiżiċi naturali, jew strutturi rurali li jipprovdu ambjent għall-flora jew għall-fawna jew inkella li jikkontribwixxu għall-integrità tal-pajsaġġ jew tal-ambjent fiżiku

kollha mwettqa ġewwa Żona ta’ Konservazzjoni Speċjali kif elenkata f’N.G. 223 tat-2005, u mingħajr ma kellek fil-pussess tiegħek awtorizzazzjoni mill-Awtorità taħt l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u dan bi ksur ta’ Artikolu 58 tal-istess Att;

2. Operazzjoni jew attività mgħamula ġewwa SAC, u ċioè Ta’ Bloq Area/Wied Qirda hekk kif stabbilita permezz ta’ N.G. 223 tal-2005, mingħajr avviż bil-miktub lill-awtorità kompetenti bil-proposta tal-operazzjoni jew attività, liema avviż kellu jispeċifika x-xorta u s-sit propost, u mingħajr ma tali proposta kienet ġiet approvata mill-awtorità kompetenti u dan bi ksur ta’ regolament 18 tar-Regolamenti tal-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjent Naturali (L.S. 549.44);

3. Wettaqt jew ippermettejt li titwettaq xi attività li fl-opinjoni tal-Awtorità tista’ tkun ta’ ħsara għal kwalunkwe eżemplari elenkat fl-Ewwel Skeda, u ċioè tliet eżemplari ta’ Ħarruba Ceratonia siliqua, mingħajr ma’ din l-attività kienet koperta b’permess mill-Awtorità, u dan bi ksur ta’ regolament 13 tar-Regolamenti Dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar (L.S. 549.123);

4. Qtajt, neħħejt il-qoxra taz-zokk ta’ siġar jew il-weraq tagħhom, neħħejt l-injam minn, isserrajt, immutilajt siġar jew parti minnhom minn eżemplari elenkati fl-Ewwel Skeda u ċioè tliet eżemplari ta’ Ħarruba Ceratonia siliqua, mingħajr il-permess minn qabel tal-Awtorità, u dan bi ksur ta’ regolament 14 tar-Regolamenti Dwar il-Harsien tas-Siġar u l-Imsaġar (L.S. 549.123).

Dan kollu seħħ permezz ta’:

• alterazzjoni fiżika tal-profil ta’ wied u tal-korsa naturali tan-nixxiegħa tal-ilma riżultat ta’ twessiegħ tat-triq għal ġol-wied, kostruzzjoni ġewwa l-wied, tħammil, depożitu ta’ materjal u tneħħija ta’ veġetazzjoni naturali minn ġewwa l-wied; kif ukoll
• tibdil fil-pożizzjoni originali tat-triq illi wasslet għall-alterazzjoni tal-aspetti fiżici tal-ambjent mal-ġnub tat-triq, inkluż u mhux limitat għal skavar u depożitu ta’ ħamrija u qerda ta’ ħitan tas-sejjiegħ u tneħħija ta’ veġetazzjoni naturali u ħsara lil siġar protetti; u
• bini ta’ rampa għal ġewwa l-wied illi wassal għal ħsara fuq ħajt tas-sejjiegħ u distruzzjoni ta’ veġetazzjoni naturali,

li kollha saru ġewwa SAC, u ċioè Ta’ Bloq Area/Wied Qirda hekk kif stabillita permezz ta’ N.G. 223 tal-2005.
Infringement Summary in English:• Physical alterations in the valley profile and watercourse as a result of road widening, construction in the valley, deposition of material and removal of natural vegetation from the watercourse;
• changes in the original position of the road that resulted in alterations of the physical aspects of the environment on the road verge, including excavations and deposition of soil and destruction of rubble walls and removal of natural vegetation and damage to protected trees; and
• construction of a ramp to the valley that resulted in damage to rubble walling and destruction of natural vegetation.

The above all occurred within the Special Area of Conservation of Ta' Bloq Area/Wied Qirda.
Corresponding Investigation Case/s:IF2183/19-N
Parties subject to OrderInfrastructure Malta
AC Group Limited
Philip Aguis and Sons Limited
Lands Authority
Owner / Occupier
Contravention type:Unauthorized operations or activities in a Special Area of Conservation.