Uffiċċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw is-sit wara r-rapport fil-gazzetta u kkonfermaw illi dan iż-żejt kien l-istess li kien ġie mitfugħ fuq l-Irdum tal-Mara ħdejn Għar Ħasan numru kbir ta’ snin ilu. Ma kienx hemm żejt friski li setgħa intefgħa riċentement.

Meta jittieħed in konsiderazzjoni it-tul ta’ żmien li ilu hemm dan iż-żejt u l-pożizzjoni tiegħu max-xifer u l-ġnub tal-irdumijiet, jaf jinħoloq iktar dannu ambjentali kieku kellhom isiru interventi sabiex dan iż-żejt antik jitneħħa.

Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq [email protected]